logo-rupert-cefai.png

li kull min twieled bniedem

that every human born
li kull min twieled bniedem (that every human born)
A beautiful image
...that every human born should live like a human and, to live as a human everyone born needs an education fit for a human, work fit for a human and sustenance fit for a human – whether born into wealth or born into poverty. Ġużè Ellul Mercer 1929

This triptych by Rupert Cefai was inspired by writings of Ġużè Ellul Mercer and commissioned to mark the occasion of the 100th anniversary of the Partit Laburista. Each of the three panels is dedicated to one of the themes mentioned in the quotation, namely education, work and life. Each panel has 33 objects or materials used in their respective fields. With these 99 objects, between the first and second panel, is another object on which parts of the quotation are written. 

These 100 objects, created by humans and used by humans bear stories of education, work, joy, suffering and more. Stories that link those who created them to those that used them but remain for the most part unknown and anonymous. This work is dedicated to all those that are one way or another affected by the world of politics, yet their life is never in the public eye.  


...li kull min twieled bniedem, għandu jgħix ta’ bniedem, u biex jgħix ta’ bniedem, kull min twieled jeħtieġ li jitgħallem ta’ bniedem, jaħdem ta’ bniedem u jiekol ta’ bniedem, tant jekk twieled bin il-għana u kemm jekk twieled bin il-faqar. Ġużè Ellul Mercer – 1929

Dan ix-xogħol trittiku tal-artist Rupert Cefai hu ispirat minn kitba ta’ Ġużè Ellul Mercer u ġie kkummissjonat għall-okkażżjoni tal-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista. Kull tila hi ddedikata lil wieħed minn tliet oqsma li jissemmew fil-kwotazzjoni, li huma l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-ħajja. Kull tila tinkorpora fiha 33 materjal jew oġġett li ntużaw f’wieħed minn dawn l-oqsma. Ma’ dawn id-99 oġġett, bejn l-ewwel u t-tieni tila, insibu oġġett ieħor li fuqu hemm miktubin siltiet mill-kwotazzjoni.

Dawn il-mitt oġġett li nħolqu mill-bniedem u ntużaw mill-bniedem, iġorru magħhom stejjer ta’ tagħlim, xogħol, ferħ, tbatija u aktar. Stejjer magħġuna bejn dawk li ħolquhom u dawk li użawhom, li iżda għal ħafna jibqgħu stejjer mistura, stejjer anonimi. Din il-biċċa xogħol artistika hi ddedikata lil dawk kollha li d-dinja politika tmisshom b’xi mod jew ieħor, lil dawk kollha li d-deċiżjonijiet politiċi jħallu impatt fil-ħajja tagħhom iżda li ħajjithom ma tkun qatt fil-lenti pubblika.
A beautiful image

©2024 Rupert Cefai | Sitemap |
Powered by Artmajeur